Kurżitajiet

Il-video il-ġdid tal-Facebook…jaqla’ memorji mhux daqstant mixtieqa!

Matul din il-ġimgħa, Facebook qed ifakkar it-12-il anniversarju tiegħu. U biex jimmarka dan l-avveniment, is-sit soċjali qed joħloq videos bil-ħbieb ta’ kulħadd.

Ħafna mill-videos qed jitpoġġew fil-paġni tal-individwi u fihom kemm ritratti kif ukoll mumenti partikolari mill-passat. Iżda hemm individwi oħrajn li ma ħadu gost xejn b’dan il-video.

Ħafna huma urtati għall-fatt illi fil-video ta’ Facebook sab wiċċ l-eks. Oħrajn sabu r-ritratti ta’ qraba li ilhom xhur illi mietu.