Lokali

“Il-villa tidher fi stat ta’ dwejjaq” – Reġina Eliżabbetta II

Il-villa tidher fi stat ta’ dwejjaq. Hekk qed jiġi rappurtat li qalet ir-Reġina meta ingħatat bħala rigal pittura li turi Villa Guardamanġia – id-dar f’Tal-Pieta’ li kienet tgħix fiha fl-ewwel snin taż-żwieġ tagħha mad-Duka ta’ Edinburgh.

Rapporti fil-media Ingliza kwotaw lir-Reġina Eliżabbetta tgħid illi meta rat il-pittura hi qalet illi din kienet xi haga sabiha li jkollha. Izda sahqet li issa din il-binja tinsab fi stat ta’ dwejjaq.

Il-pittura hija xoghol bil-waterclolour tal-artist Malti Edwin Galea, u ġiet preżentata lir-Reġina mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Din il-pittura turi Villa Guardamangia fl-aqwa tagħha, b’figuri ta’ nies lebsin ilbies tal-epoka ta’ wara l-gwerra kif ukoll karettun.

Illum, din il-glorja tal-binja f’Tal-Pieta’ spiċċat kompletament. Il-villa, li hi propjeta’ privata, hija litteralment mitluqa. Inkluż il-gonna tagħha li m’għadhomx igawdu l-isplendur li kellhom fis-snin ta’ wara l-gwerra.

Net News irnexxielu jikseb aċċess għal post biswit din il-binja fejn kienet tgħix ir-Regina… u li minnu wieħed jista’ faċilment jara l-istat li fihom jinsabu l-ġonna ta’ Villa Guardamanġia.