Internazzjonali

IL-VIRUS ŻIKA: l-ewwel infezzjoni trażmessa sesswalment

Fl-Istati Uniti, gie rappurtat l-ewwel każ tal-virus Żika illi ġie trażmess sesswalment, u mhux minn gidma ta’ nemusa.

Rapporti qed jgħidu li dan il-kaz f’Texas huwa wieħed rari u inkwetanti. Fl-aħħar żviluppi, ġew konfermati żewġ każi ohra ta’ Żika fl-Awstralja, filwaqt li r-Red Cross appellat sabiex dawk li jkunu siefru lejn l-Amerika Latina ma jagħtux demm għal xahar.

Il-virus Żika qed iwassal biex jitwieldu trabi b’diżabbilta’ fiżika fil-moħħ.