Internazzjonali

Ilestu għall-vjaġġi tal-bniedem lejn Mars … se jiswa €100,000

Il-kumpannija SpaceX svelat il-pjan ambizzjuż għat-trasport tan-nies lejn il-pjaneta Mars.

Il-pjan hu biex dawn il-vjaġġi jibdew fl-2024 u jieħdu mal-100 persuna kull darba, bil-vjaġġ ikun idum madwar sena. It-tir hu li l-biljett tal-vjaġġ ikun jiswa mal-100,000 ewro għal kull persuna.

Id-dettalji ngħataw minn Elon Musk, il-kap tas-SpaceX, waqt l-International Astronautical Congress fil-Messiku.

Musk qal li qabel se jsiru vjaġġi b’vetturi vojta bħala prova imma ammetta li anki wara li jkunu stabbilit li jistgħu jagħmlu l-vjaġġi bin-nies fihom, dawn se jkunu perikolużi ħafna bi possibbilta kbira li dawk abbord jinqatlu waqt il-vjaġġ.

Min-naħa l-oħra esperti wissew li filwaqt mli Musk kellu ħafna kliem ftit kien hemm dettalji tekniċi dwar kif se jaħdem dan il-proġett.