Futbol Sport

Illejla l-finali taċ-Champions League bejn Real Madrid u Atletico Madrid

Illejla fid-8.45pm fl-istadium Giuseppe Meazza ta’ Milan tintlagħab il-finali tal-61 edizzjoni tal-UEFA Champions League. Il-finali se tkun ripetizzjoni tal-finali tal-2014, bejn Real Madrid u Atletico Madrid. Dakinhar Atletico Madrid kienu ftit sekondi viċin li jirbħu għall-ewwel darba l-kompetizzjoni.

Ilejla Real Madrid, taħt it-tmexxija tal-kowċ Zinedine Zidane se jkunu qed jippruvaw jirbħu t-tazza għall-11-il darba filwaqt li Atletico, taħt it-tmexxija ta’ Diego Simeone se jippruvaw jirbħuha għall-ewwel darba.

Ir-referee Ingliż Mark Clattenburg se jkun qed jikkontrolla l-finali tal-lum bejn iż-żewġ timijiet f’San Siro.