Futbol Sport

Illejla Replay fid-9:35pm fuq Net Television – Diskussjoni dwar il-coaching u l-football development f’Malta

Ilejla jixxandar id-disa’ programm Replay tal-Ħadd filgħaxija f’din l-iskeda, anke jekk fit-tmiem il-ġimgħa ma kienx hemm futbol mill-Kampjonati tal-MFA minħabba li dawn kienu l-jiem taċ-CHOGM. Kif jiġri dejjem meta ma jkunx hemm logħob, it-tim tal-produzzjoni jaħseb minn qabel biex jipprepara programm informattiv b’diskussjoni interessanti u l-programm tal-lejla se jkun ta’ dan it-tip hekk kif se nkunu qed nitkellemu dwar il-qafas tal-futbol lokali, in-nurseries tagħna kf ukoll dwar l-importanza li nsaħħu l-bażi tal-futbol Malti biex inkomplu niżviluppaw din il-logħba.

Il-mistiedna fl-istudio se jkunu d-Direttur tal-Edukazzjoni tal-Kowċis fi ħdan iċ-Ċentru Tekniku tal-MFA, Stephen Grima u l-kowċ ta’ Valletta, Paul Zammit. Dan tal-aħħar jaħdem direttament mat-tfal fil-futbol la darba hu għalliem fl-iskola Nazzjonali tal-iSport. Jipparteċipaw ukoll fid-diskussjoni l-mistiedna residenti ta’ Replay, Brian Said u Konrad Sultana. Il-programm hu ppreżentant minn Christian Micallef u Sarah Agius. Replay ta’ llejla jibda fid-9:35pm fuq Net Television. Replay tal-Ħadd hu miġjub l-appoġġ ta’ Gillette.

Għal aktar informazzjoni dwar il-programmi Replay żuru l-Facebook Page interattiva ta’ Replay billi tagħfas hawn.