Illum jum l-imħabba – Jum San Valentinu

Illum Jum San Valentinu, il-ġurnata tal-imħabba. L-14 ta’ Frar hi l-ġurnata fejn tista’ turi lil dik il-persuna li tant tħobb kemm verament tħobbha. Ħafna jgħidu li din il-festa ma tantx tagħmel bihom għax l-imħabba għandek turiha tul is-sena kollha, madanakollu xorta waħda din il-ġurnata dejjem tkun waħda idejali biex turi imħabbtek lejn il-persuna li tant tħobb.

L-aktar rigal popolari għal dan il-jum huma l-fjuri, partikolarment il-ward.  Infatti għall-bejjiegħa tal-fjuri dan iż-żmien ikun wieħed ta’ ħafna kummerċ.

Ftit storja fuq din il-festa

Il-festa bdiet tiġi ċċelebrata minn Papa Ġelasju fis-sena 496 wK, u tneħħiet mill-Kalendarju tal-Qaddisin fl-1969 minn Papa Pawlu VI. Din il-festa hija ċċelebrata madwar id-dinja, l-iktar fil-Punent, għalkemm ħafna drabi jkun jum ta’ xogħol.