Internazzjonali Lokali

Imħabbra taqsima ġdida kontra l-estremiżmu fi ħdan il-Commonwealth

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron iwiegħed £5 miljuni għal it-taqsima

It-tisħiħ tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kienet fuq nett tal-aġenda tal-laqgħa taċ-CHOGM, bil-Prim Ministru Ingliż David Cameron iħabbar it-twaqqif ta’ taqsima ġdida tal-Commonwealth bil-għan li tiġġieled l-etremiżmu.

Fil-bidu tal-laqgħa taċ-CHOGM, Cameron wiegħed miljun sterlina kull sena għal ħames snin sħaħ biex jgħin fil-finanzjament ta’ din it-taqsima l-ġdida fi ħdan il-Commonwealth.

L-uffiċju tal-Prim Ministru Ingliż qal li dawn id-dettalji huma fid-dawl tal-impenn tal-Gvern Ingliż li jikkopera ma’ pajjiżi minn madwar id-dinja biex “l-ideoloġiji velenużi” jkunu miġġielda.

Cameron wasal Malta għal-laqgħa taċ-CHOGM filgħodu u ntlaqa f’Dar il-Mediterran mill-Prim Ministru Muscat.

Tħabbar ukoll li grupp ta’ esperti se jkunu qed jaħdmu f’din it-taqsima ġdida li se tkun qed tadħdem mal-Gvernijiet tal-Commonwealth biex jinħolqu strateġiji ta’ kontra t-terroriżmu.

Aqra aktar: l-istqarrija uffiċjali mill-Uffiċju tal-Prim Ministru Ingliż dwar din it-taqsima ġdida tal-Commonwealth għal kontra l-estremiżmu