Internazzjonali

Immigrant jisplodi lilu nnifsu fil-Ġermanja

Raġel ta’ nazzjonalità Sirjana li ma ngħatax l-istatus ta’ refuġjat, sploda lilu nnifsu f’Ansbach fil-Ġermanja.

Fl-inċident, ir-raġel ta’ 27 sena, darab 12-il persuna oħra meta sploda lilu nnifsu qrib festival li kien għaddej.

Ir-raġel kien qed iġorr bomba f’basket ma’ dahru. Hu wettaq l-attakk wara li ma tħalliex jidħol fil-post fejn għaddej il-festival. Madwar 2,500 persuna kienu evakwati mill-post wara li seħħet l-isplużjoni.

L-attakk isegwi numru ta’ attakki oħra fil-Ġermanja. Fit-18 ta’ Lulju, immigrant mill-Afganistan inqatel wara li weġġa’ ħames persuni b’mannara fuq ferrovija. Fit-22 ta’ Lulju, immigrant mill-Iran qatel 9 persuni fil-kapitali Munich qabel qatel lilu nnifsu. Imbgħad, fl-24 ta’ Lulju, immigrant mis-Sirja kien arrestat wara li allegatament qatel mara b’sikkina.