Internazzjonali

Immigranti jmutu qalb nirien ġo maħżen

Mietu almenu 16 il-immigrant fost nirien qawwija li qabdu ġo maħżen li tinsab f’zona industrijali lejn it-Tramuntana ta’ Moska.

Il-mejtin instabu minn membri tal-iskwadri għall-emerġenza li marru fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Skont ir-rapporti, il-ħaddiema tal-iskwadri li kienu qed iduru fil-faċilità meqruda skoprew kamra li, qabel, kienet spiċċat iċċirkondata min-nirien u wara li huma waqqgħu ħajt, sabu ‘lill-grupp ta’ mejtin fuq ġewwa.’

Il-faċilità li nħakmet min-nirien hi l-proprjetà ta’ kumpannija tal-istampar, bir-rapporti jsostnu li l-mejtin huma kollha immigranti li kienu ġejjin minn Kyrgyzstan.