Lokali

Imut Charles Abela Mizzi – veteran tax-xandir nazzjonali

Tħabbret il-mewt tax-Xandar Charles Abela Mizzi, li miet fl-eta’ ta’ 81 sena.

Abela Mizzi huwa mwieled il-Belt Valletta u huwa meqjus bħala wieħed mix-xandara veterani Maltin. Huwa kien applika biex jibda’ jaħdem bħala xandar fl-1962, meta f’dak il-perjodu huwa kien diġa qiegħed jaħdem mal-Allied Newspapers.

Bl-esperjenza li kellu diġa fil-qasam tal-media, huwa ntagħżel mill-ewwel biex jaħdem fuq ir-radju u infatti it-ton tal-vuċi tiegħu jibqa’ sinonimu ma’ bosta semmiegħa Maltin.

Eventwalment huwa kien ġie trasferit mad-dipartiment tat-televizjoni tax-xandir pubbliku u għalhekk għamel 4 snin qarrej tal-aħbarjiet u f’nofs is-sebgħinijiet huwa kien promoss għal Deputat Kap tat-TVM, dak iż-zmien magħruf l-aktar bħala Xandir Malta.

Charles Abela Mizzi baqgħa jħobb xogħlu u għalhekk wara li rtira bl-eta’ huwa xorta baqa’ jaħdem mal-PBS fuq bażi Part-Time, sakemm riċentament huwa kien għadu jassumi r-responsabbilta’ fid-Dipartiment tal-Arkivji tal-Istess Stazzjon.

Abela Mizzi kien magħruf ukoll għall-produzzjonijiet televizivi dwar l-għana Maltija u kif ukoll jibqa’ jissemma’ għall-qari tar-rumanzi u l-bijografiji fuq Radju Malta.