Lokali

Imut Emanuel Delicata – il-fundatur ta’ Emanuel Delicata Winemaker

Dalgħodu l-kumpanija Emanuel Delicata Winemaker Ltd. ħabret li l-fundatur tagħha, Emmanuel Delicata ħalla l-din id-dinja fl-eta ta’ 98 sena. Emanuel Delicata ħa n-negozju f’idu fl-1936 meta kellu biss 19-il sena. Dak iż-żmien il-kumpanija kienet biss timpjega 10 persuni.

Wara t-Tieni Ġwerra Dinjija l-kumpanija bidlet l-mod kif taħdem, qed kif bidlet il-metodi kif bdiet tipproduċi l-inbid u l-mod kummerċjali tal-kumpanija. Fl-1960 il-kumpanija mxiet għall-binja li preżentament qegħda tiffunzjona. F’għeluq is-sittinijiet fil-kumpanija daħal jaħdem ibnu George Delicata, li llum qed imexxi din il-kumpanija.

Il-kumpanija Delicata għandha numru ta’ għelieqi madwar Malta u Għawdex u hija waħda mill-kumpaniji f’pajjiżna li tipproduċi u tippromwovi l-inbid mill-għenba Maltija.

Il-funeral t’Emanuel Delicata se jkun nhar it-Tnejn 28 ta’ Diċembru fil-knisja tal-Balluta f’San Ġiljan fit-8.30 ta’ filgħodu.