Lokali

Imut l-ewwel President tal-Malta Dockers’ Union

Tħabbret il-mewt tal-ewwel President tal-Malta Dockers’ Union (MDU) Joe Saliba, fl-età ta’ 55 sena. Hu kien fit-tmun tal-MDU fit-twaqqif tagħha mill-Ħaddiema Liċenzjati tax-Xatt f’Settembru 2006.

Joe Saliba serva wkoll għal diversi snin bħala Shop Steward tal-Ħaddiema tax-Xatt fit-Taqsima Marittima tal-GWU.

Fi stqarrija, il-President tal-MDU Ryan Fava, flimkien mal-Kumitat Eżekuttiv u l-Ħaddiema tax-Xatt sellem b’sogħba l-memorja ta’ Saliba, filwaqt li offra l-kondoljanzi u l-appoġġ lill-Familja tal-eks President tal-Union.