Lokali

Imut wara ħames xhur f’koma

L-anzjan minn Ħal Tarxien illi f’April intlaqat minn karozza f’Santa Luċija, tilef il-ġlieda tiegħu għall-ħajja. Hu miet matul il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei.

L-anzjan illi għandu 67 sena kien ittajjar waqt li kien qed jaqsam it-triq. L-inċident seħħ fl-10 ta’ April għall-ħabta tal-5am, fi Triq Katarine Vitale.

Il-karozza Fiat Punto kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Santa Luċija stess.