Internazzjonali

Imwiet fir-Renju Unit minħabba s-sħana

epa05508681 A man sunbathes on the Place de la Republic Statue in Paris, France, 24 August 2016. A heat wave has struck France with several regions on high alert regarding the temperatures. EPA/ETIENNE LAURENT

Telgħu għal 12 il-persuni li mietu din il-ġimgħa hekk kif fir-Renju Unit qed tagħmel ħafna sħana bil-ġurnata tal-Erbgħa tkun l-aktar waħda sħuna din is-sena.
Matulha ħames persuni mietu f’Camber Sands fix-Xlokk tal-Ingilterra f’inċidenti separati wara li spiċċaw f’diffikultà waqt li kienu qed jgħumu.
Il-Ħamis kienet ġurnata fejn it-temperatura laħqet it-33.9 Celsius.
Din l-istess mewġa ta’ sħana qed taffettwa partijiet oħra fl-Ewropa, fosthom Franza, bit-tbassir jindika li l-qofol se jintlaħaq nhar is-Sibt.