Lokali

In-Network tas-Soċjeta’ Ċivili jaqbel li l-Gvern għandu joħroġ ishma tal-Air Malta għall-pubbliku

In-Network li jirrapreżenta s-Soċjeta’ Ċivili appella lill-Gvern biex ikun verament trasparenti u jghid ezatt f’liema stadju waslu t-tahdidiet bejn l-Air Malta u l-Alitalia. Dan huwa tassew importanti, fid-dawl tal-fatt illi, kif kulhadd jaf, l-Air Malta tinsab f’sitwazzjoni prekarja u l-haddiema tal-linja nazzjonali tal-ajru jinsabu fid-dlam.

Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, in-Network qal li l-Gvern ghandu jikkunsidra ghazliet ohrajn – mhux biss il-bejgh tal-Air Malta lill-barranin. L-istess kif ilu jghid il-PN ghal diversi xhur.

Il-pozizzjoni hija komuni, kif anke joħroġ mill-istqarrija. In-Network tas-Socjeta’ Civili jaqbel mal-proposta tal-PN illi parti mill-Air Malta tinbiegħ lill-Maltin f’forma ta’ shares li jkunu negozjati fil-Borza ta’ Malta. In-Network semma’ illi jista’ jkun hemm ishma li jibqgħu għand il-Gvern, u ishma li jinxtraw minn linja tal-ajru barranija – fi kliem qasir, taħlita ta’ interessi mill-privat, mill-pubbliku u mill-Gvern, sabiex jitħares l-interess nazzjonali tal-Air Malta u l-vijabbilta’.

L-istqarrija tinsisti li f’dan il-process kollu l-Gvern ghandu verament jikkonsulta, u jkun trasparenti fit-tehid tad-decizjonijiet. L-Air Malta tibqa’ kumpanija strategika kemm ghal bzonnijiet socjali taghna, kif ukoll dawk ekonomici.

Fl-ahhar jiem, dan l-istazzjon kien zvela wkoll illi minkejja l-Air Malta tinsab f’xifer falliment, iddahhlu jahdmu numru ta’ cabin crew fuq bazi temporanja. Dawn se jkunu qed jinghataw ukoll zraben godda.