Lokali

In-Nomina ta’ Zammit Young hi illegali – kundanna oħra għal Muscat minn awtorita’ Kostituzzjonali – PN

Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tgħid li n-nomina mhijiex eliġibbli u tikser il-kostituzzjoni

Wara li l-kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja informat lill-Prim Ministru li Ingrid Zammit Young mhijiex eliġibbli għall-kariga ta’ Maġistrat u li n-nomina tagħha hi illegali, l-istess Zammit Young, f’ittra li bagħtet lill-Prim Ministru qalet li kienet qed tirtira n-nomina tagħha.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja waslet fi tmiem laqgħa li bdiet il-Ħamis filgħaxija, tkompliet il-Ġimgħa u li ntemmet waranofsinhar. Deċiżjoni li l-Partit  Nazzjonalista spjegaha bħala kundanna oħra għall-Gvern ta’ Muscat.

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu li talab lill-Kummissjoni biex tiddiskuti n-nomina wara r-riżervi li tqajjmu minn ħafna, fosthom mill-Oppożizzjoni fil-Parlament, appena n-nomina ta’ Zammit Young ħarġet fil-pubbliku.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja hija konferma li, bil-ħatra tal-Avukat Ingrid Zammit Young bħala Maġistrat, il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici kiser il-Kostituzzjoni.

kap tweet

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li din hija kundanna oħra minn awtorita’ kostituzzjonali kontra l-Gvern ta’ Joseph Muscat fi żmien ħmistax.

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li tat raġun lill-Partit Nazzjonalista mill-bidu sal-aħħar, turi li d-deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja, appoġġjata mill-Kabinett kollu, kienet irresponsabbli, illegali u abbużiva.

Li kieku ma kienx għall-intervent f’waqtu tal-Oppożizzjoni il-Gvern kien jibqa għaddej bid-deċiżjoni żbaljata tiegħu.

L-Oppożizzjoni tqis ukoll li messu kien il-Gvern li rtira n-nomina ta’ Zammit Young u mhux stenna sakemm tirtira hi minn jedda. Dan juri li l-Gvern lanqas biss kellu l-kuraġġ politiku li jwaqqaf l-abbuż li għamel. ​

Dan il-każ jikkonferma kemm f’pajjiżna għandna Gvern perikoluż li, kieku ma kienx għall-Oppożizzjoni, jirrombla minn fuq il-Kostituzzjoni, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.

Fi tweet, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li Joseph Muscat u l-aqwa Kabinett fl-istorja gew ikkundannati mit-tien Awtorita’ Kostituzzjonali fi zmien gimghatejn.

ittra ingrid  ITTRA PRESIDENT

ittra part 2