Lokali

FILMAT: Inċident fil-Karnival iwaqqaf l-ispettaklu għal ftit mumenti

Inċident fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta seħħ ftit tal-mumenti ilu, hekk kif karru tal-Karnival tella daħna sewda waqt l-ispettaklu. Minkejja li l-pubbliku ħaseb li kien hemm ħruq, jirriżulta li d-daħna kienet kaġun tal-exhaust mill-magna tal-karru stess

Il-Karnival twaqqaf għal ftit ħin, sakemm is-sitwazzjoni ġiet taħt kontroll. Membri tas-St. John Rescue Corps u anke membri tal-Protezzjoni Ċivil kienu mal-ewwel fil-post biex jikkalmaw is-sitwazzjoni, u minnufih l-ispettaklu kompla.