Lokali

Ineħħu l-qalziet u jxejrulu bħala protesta

Iċ-chairman tal-BHS Sir Philip Green ma ngħatax l-isbaħ merħba minn grupp ta’ nisa meta wasal Malta fuq superyacht. Dan wara li erba’ nisa neħħew il-flokk, u ppużaw lejn il-yacht bħala protesta (ritratt).

Il-biljunarju Philip Green kien dieħel il-Port il-Kbir fuq is-superyacht ġdid li xtara b’valur ta’ kważi 100 miljun dollaru.

Iżda Philip Green qed jiġi kkritikat bil-qawwi talli xtara superyacht lussuż meta l-ħanut BHS jinsab f’qagħda mwiegħra, b’eluf ta’ impjegati fir-Renju Unit iħabbtu wiċċhom ma’ futur inċert.

B’kollox hemm madwar 11,000 impjegat tal-BHS li għadhom ma jafux x’se jsir mill-futur tagħhom wara li l-BHS qed tagħlaq il-bibien tagħha minħabba li falliet.

philip green