Internazzjonali

Infezzjonijiet jirreżistu ‘l-aktar antibiotic qawwi’ fl-Istati Uniti

L-ewwel każ ta’ infezzjoni li tirreżisti għall-colistin – l-aktar tip qawwi ta’ antibiotiċi — għadu kemm kien identifikat fl-Istati Uniti. Intant, mara ta’ 48 sena minn Pennsylvania li ġarrbet din l-infezzjoni rnexxielha tfiq minnha, bl-infezzjoni tispiċċa vulnerabbli għal antiobiotiċi oħrajn.

Madankollu l-aspett tal-colistin hu simboliku ħafna peress li l-antibiotic jintuża f’każi fejn ifallu mediċini oħrajn. Dan waqt li uffiċjali qed iwissu li d-dinja, illum, waslet ‘fl-aħħar tat-triq’ fir-rigward tal-antibiotiċi.

Ir-reżistenza għall-colistin kienet skoperta fiċ-Ċina lejn l-aħħar tal-2015, bl-istudju jqajjem tħassib madwar id-dinja. Intant, sensiela ta’ provi intensivi ma damux biex isibu bugs jew mikrobi li jistgħu jirreżistu l-colistin, fl-Ewropa u l-Asja.

Issa, id-data ġdida mill-Istati Uniti identifikat l-ewwel każ f’pazjenta, flimkien ma’ bakterja fost annimali tal-merħla li wkoll hi reżistenti għall-colistin. Issemmiet ukoll sitwazzjoni simili ‘f’każi ta’ laħam fuq l-ixkafef tas-supermarkets’.