Internazzjonali

Ingħatat l-aħħar tislima lill-vittmi tal-attakk suwiċida fl-Afganistan

Fl-Afganistan ngħatat l-aħħar tislima l-vittmi tal-attakk suwiċida tas-Sibt mill-ISIS f’Kabul, fejn splużjoni suwiċida ħalliet talanqas 80 mejtin u diversi feruti. Fl-aħħar sigħat kienu qed jinġabru l-katavri tal-vittmi mill-isptarijiet u kmamar mortwarji qabel iċ-ċerimonji tad-difna.

L-aggressur tal-ISIS wettaq l-istraġi waqt marċ ta’ protesta mill-membri ta’ minoranza ta’ Xiti Musulmani.

Fil-preżent l-Afganistan qed josserva perjodu ta’ luttu nazzjonali b’rispett għall-maqtula fl-attakk.