Internazzjonali

“Inħossni waħdi”: L-ittra kommoventi ta’ tifla li tilfet lill-ġenituri fit-terremot

Fost il-mijiet ta’ vittmi tat-terremot li ħakem lill-Italja, kien hemm ukoll il-ġenituri ta’ tifla żgħira, li għad għandha biss seba’ snin, u li hekk kif qamet minħabba t-theżżiża spiċċat orfni mil-lejl għan-nhar.

L-istorja ta’ din it-tifla toħroġ minn ittra tal-qsim il-qalb li kitbet, u li fiha tindirizza lil Ġesu u titolbu jwassal il-messaġġ tagħha lill-ġenituri:

“Għażiż Ġesu, peress li l-ġenituri tiegħu jinsabu ħdejk, nista nitolbok issellili għalihom? Mingħajrhom inħossni waħdi. L-għalliema ġodda tiegħi qaluli li jinsabu miegħek. Jekk jogħġbok ħu ħsiebhom, u għannaq waħda lil ommi. Għidilha li qed nistenna l-mument li niltaqa’ magħha mill-ġdid. Hawn waqa’ kollox, anke l-kamra tiegħi mimlija ġugarelli, fejn kellu wkoll il-fortizza li kien bnieli l-papa. Jekk jogħġbok Ġesu, tista’ tibnilna d-dar mill-ġdid biex nirritornaw kif konna qabel? Tista’ tgħid lil ommi u lil missieri li qed nistennihom? Li għajjejt mal-għalliema tiegħi, anke jekk iħobbuni u jitrattawni tajjeb?”