Lokali

Instabet il-camera tar-ritratti ta’ vittma ta’ Paqpaqli għall-Istrina

Il-camera tar-ritratti ta’ Pierre Farrugia, li kien wieħed mill-vittmi ta’ Paqpali għall-Istrina!, u li kien qed juża dakinhar tal-inċident, instabet u ġiet ritornata lill-familja tiegħu.

Sfortunatament dakinhar Pierre ntlaqat mill-Porsche meta x-xufier Paul Bailey tilef il-kontroll u 28 persuna sofrew xi ġrieħi. Sa llum Pierre għadu jiġġieled għal ħajtu fl-ITU

Fil-kaos li nqala’ dak il-ħin, u fid-dawl li Pierre kien mitluf minn sensieh bid-daqqa, il-camera tiegħu intilfet u baqgħet qatt ma nstabitx sakemm f’appell fuq Facebook, il-familja tal-vittma, appellat biex għall-inqas tiġi ritornata l-SD card tal-camera li tinkludi ritratti ta’ mumenti speċjali u memorji.