Futbol Sport

Inter viċin bidla fit-tmexxija tal-klabb

 

Rapporti fl-Italja, qed jgħidu li l-klabb Taljan ta’ Inter jista’ jibdel il-proprjetà fi żmien tliet snin hekk kif jidher li Suning Group taċ-Ċina jistgħu jieħdu l-kontroll tal-klabb.

L-iżvilupp deċiżiv jidher li wasal fl-aħħar sigħat, anki jekk għad jonqos li jiġi konkluż l-ftehim u sussegwentament il-firem. Biex Suning Group ikkonvinċew lil Massimo Moratti u Erick Thohir (li huma ż-żewġ persuni li għandhom l-ishma tal-klabb), li jbiegħu l-klabb, iċ-Ċiniżi qed joffru somma ta’ bejn is-€600 – €700 miljun.

B’din il-bidla Suning se jixtru madwar 70% tal-klabb, filwaqt li Thohir ikollu t-30%, biex b’riżultat ta’ dan, l-eks President Massimo Moratti joħroġ għal kollox mix-xena tal-klabb. Minkejja li jitlef il-maġġoranza, skont l-aħħar rapporti jidher li Thohir se jibqa’ President minħabba li Suning Group japprezzaw ix-xogħol ta’ Thohir.

Jekk dan il-ftehim ikun konfermatm tal-anqas f’dan il-mument, mhux se jsolvi l-problemi li Inter għandhom bħalissa minħabba l-Financial Fair Play. Dan wara li Inter kienu għamlu ftehim mal-UEFA biex jirranġaw il-finfnazi tagħhom u jkun biss fil-futur li Inter ikunu jridu jiddefinixxu l-ftehim il-ġdid. B’din l-iżvolta fl-aħħar jiem, jekk ir-rapporti fil-media Taljana jkunu konfermati, kollox jista’ jingħalaq f’dan is-sajf.