Internazzjonali

Interċettati 850 immigrant barra l-kosta Libjana

Il-forzi tas-sigurta interċettaw mal-850 immigranti li kienu se jibdew vjaġġ mil-Libja lejn l-kosta tal-Ewropa.
Uffiċjali Libjani qalu li dawn kienu ġejjin minn diversi pajjiżi Afrikani u fosthom kien hemm 79 mara li minnhom 11 kien u tqal. Huma kienu abbord seba’ dingies barra l-kosta ta’ Sabratha.
S’issa din is-sena hu stmat li aktar minn 30,000 immigrant għamlu l-vjaġġ mil-Libja lejn l-Italja u hekk kif issa jidħol is-Sajf mistennija żieda fil-vjaġġi.
Dan hekk kif f’Istanbul fit-Turkija fetaħ l-ewwel Summit Umanitarju Internazzjonali biex jiddiskutu t-tweġiba finanzjarja għall-kriżijiet fosthom dik tal-immigrazzjoni kif ukoll kif kien l-aħjar mod lit itqassam l-għajnuna umanitarja lil dawk fil-bżonn. Imma aġenziji umanitarji kienu pessimisti li minn dan is-summit ġej xi bdil kbir u l-grupp Medecins sans Frontieres irrifjuta li jattendi.