Lokali Parlament

Ippreżentata petizzjoni fil-Parlament minn għaqdiet u l-Kunsill Lokali tal-Gudja

Fil-bidu tas-seduta parlamentari tal-lum, id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ppreżenta petizzjoni f’isem diversi għaqdiet u f’isem il-Kunsill Lokali tal-Gudja biex għalqa li hi propjetà tal-Gvern tkun tista’ tintuża’ ħalli minnnha jsir il-ħruq tan-nar għall-festi tal-lokalità.

Jason Azzopardi qal li l-petizzjoni tispjega li din l-għalqa hi l-uniku post li minnu tista’ tkompli din it-tradizzjoni. Il-petizzjoni hi ffirmata minn ftit anqas minn 500 persuna, li fuq talba tagħhom ġiet ippreżentata fil-Parlament.