Ir-raġuni tirbaħ

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li b’mod unanimu għażel li jsalva Wied Għomor minn żvilupp fl-interess tar-residenti tas-Swieqi, San Ġwann, il-Għargħur u San Ġiljan.

Il-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar xhur jitkellem f’isem ir-residenti ta’ dawn l-erba’ lokalitajiet u nsista li dan il-Wied jiġi ssalvagwardjat.

Issa li l-Awtorità rrifjutat li dan il-proġett isir, il-Partit Nazzjonalista jiproponi li l-Gvern jesprorja din l-art biex tiġi rijabilitatà u tkun tista’ titgawda mir-residenti tas-Swieqi, San Ġwann, il-Għargħur u San Ġiljan, bħala spazju miftuħ fil-forma ta’ park naturali.

Il-Partit Nazzjonalista jirringrazzja lill-Kunsill Lokali tas-Swieqi, San Ġwann u San Ġiljan li ħadmu bla heda favur ir-residenti ta’ dawn it-tliet lokalitajiet sabiex jiġi salvat Wied Għomor.