Lokali

Ir-Reġina titħalla tistenna fir-riċeviment għal mexxejja ġodda

epa05044622 Prime Minister of Canada Justin Trudeau talks to Prince Charles the Prince of Wales, and Britain's Queen Elizabeth II during a new Heads of Government reception at the San Anton Palace in Attard, Malta, 27 November 2015. Commonwealth leaders are meeting in Malta from 27-29 November 2015. The leaders will address global issues such as climate change, building resilience in small states, trade and sustainable development, the empowerment of youth, gender equality and human rights. EPA/JOHN STILLWELL / POOL

Regola fondamentali tal-protokoll irjali hi li r-Reġina qatt ma titħalla tistenna. Iżda hekk ġara illum f’nofsinhar meta ir-Reġina Eliżebetta II u l-Prinċep Karlu ta’ Wales waslu fil-Palazz ta’ San Anton għal riċeviment tal-mexxejja ġodda tal-Commonwealth.

Dan l-“inċident” kien rappurtat mill-ġurnal Daily Telegraph li qal li l-għaxar mexxejja ġodda tal-Commonwealth weħlu fit-traffiku u kienu tard għar-riċeviment.

Il-ġurnal irrapporta li ħames minuti wara li l-ħin li suppost kellu jibda ir-riċeviment, kien għadu ma wasal ħadd u l-Prinċep irrimarka b’ċajta “Ċerti li qegħdin hawn?”. Eventwalment, l-ewwel tnejn li waslu kienu l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau u l-President tan-Niġerja Muhammed Buhari li qattgħu għaxar minuti jitkellmu mal-Prinċep Karlu u r-Reġina Eliżabetta rispettivament.

Iktar tard waslu il-mexxejja l-oħra li kienu eletti f’dawn l-aħħar sentejn li kienu ta’ Fiji, Guyana, Malawi, St Kitts and Nevis, Sri Lanka u Trinidad u Tobago

http://www.telegraph.co.uk/news/uknews/queen-elizabeth-II/12021164/State-visit-to-Malta-Queen-kept-waiting-as-Commonwealth-leaders-get-stuck-in-traffic.html?utm_campaign=Echobox&utm_medium=Social&utm_source=Facebook