Edukazzjoni Ekonomija Lokali Parlament

Ir-riċerka mhix tingħata l-importanza mixtieqa fl-Universita’ ta’ Malta – KSU

Il-Kunsill Studenti Universitarji jinnota b’diżappunt li din is-sena reġgħet mhix tingħata l-importanza mixtieqa għar-riċerka.

“Nemmnu li r-riċerka fl-Universita’ ta’ Malta tingħata priorita’ imma qed naraw li din is-sena ġiet imwarrba.” Stqarret dan Becky Micallef, President tal-Kunsill Studenti Universitarji fl-ewwel reazzjoni fi tmiem il-baġit.

Tkellmet ukoll dwar il-problema tat-traffiku li qed tolqot lill-Maltin kollha, mhux b’inqas lill-istudenti, li ħabba fiha wħud qed jaslu tard għal-lectures u malli jaslu jsibu wkoll problema tat-traffiku.

Hu għalhekk li Micallef appellat għal “pjan ħolistiku fit-traffiku, u mhux sempliċiment uffiċjali tal-Pulizija jidderieġu t-traffiku, biex din il-problema verament tiġi ndirizzata.”
Fuq kollox semmiet li l-Kunsill Studenti universitarji jixtieq jara li jsir investiment li fuq kollox jinċentiva mezzi alternattivi tat-trasport.

Il-KSU madankollu jilqa’ proposti oħra fil-baġit, fost l-oħrajn il-proposta li l-mature students li jattendu kors full time fl-Universita’ ta’ Malta se jingħataw l-istipendju, kien kien ippropona l-istess KSU f’laqgħat mal-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u fil-proposti ta’ qabel il-baġit.
Hi għamlitha ċara li għalissa din hi biss reazzjoni inizzjali u fil-jiem li ġejjin il-KSU se jħejji rapport iktar dettaljat anke’ wara li jikkonsulta mal-istudenti u jara kif fil-verita’ se jintlaqtu mill-baġit.