Internazzjonali

Ir-Russja tiċħad li missili niżlu fl-Iran

epa04969350 A handout frame grab from a video footage made available on the official website of the Russian Defence Ministry on 08 October 2015 shows an airstrike against what Russian Defence Ministry says is a fortification of jihadist terror group referring to itself as Islamic State (ISIS or IS) in Syrian territories. Russian jets carried out several strikes in Sahel al-Ghab on the north-western outskirts of Hama in central Syria, the Syrian Observatory for Human Rights said. EPA/RUSSIAN DEFENCE MINISTRY PRESS SERVICE / HANDOUT BEST QUALITY AVAILABLE HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

Ir-Russja qed tiċħad li numru ta’ missili cruise li kienu sparati minn bastiment tal-gwerra fil-Baħar Kaspjan ma laqtux il-miri fis-Sirja u, minflok, niżlu fl-artijiet tal-Iran.
Sorsi anonimi fl-Istati Uniti, nhar il-Ħamis, qalu li erbgħa fost 26 missila sparati mill-qawwiet Russi niżlu f’zona rurali tal-Iran, iżda l-lokalità ma kinitx identifikata.L-ewwel Uffiċjal Amerikan li kkummenta pubblikament dwar il-każ kien is-Segretarju tad-Difiża Ashton Carter, li lbieraħ semma indikazzjonijiet li l-erba’ missili cruise Russi li niżlu fl-Iran kienu riżultat ta’ difetti fis-sistema.
Il-kelliema Russi li tkellmu wara l-inċident sostnew li s-26 missili kollha sparati mill-bastiment tagħhom kienu laqtu l-miri indikati fit-Tramuntana u l-Majjistral tas-Sirja.
Messaġġ tal-Ministeru tad-Difiża Russu li deher fuq Facebook insista li, irrispettivament minn dak li qed jgħidu l-Amerikani, l-attakk inkwistjoni kien preċiż u mmirat għall-infrastruttura tal-ISIS fis-Sirja, bil-missili jolqtu l-miri intenzjonati.
Il-Ministeru tad-Difiża Iranjan ċaħad ir-rapporti tal-Amerikani li qal huma parti mill-gwerra psikoloġika min-naħa tal-Punent. Dan minkejja li l-attività militari fiz-zona tas-Sirja qed tkun segwita mis-servizzi militari u s-servizzi sigrieti tal-Istati Uniti li sostnew li l-missili tar-Russi kienu fallew fil-mira.