Futbol Internazzjonali Sport

Ir-Russja tipprojbixxi akkwisti ta’ plejers Torok

Il-klabbs Russi ġew projbiti milli jakkwistaw plejers Torok matul il-waqfa tax-xitwa.

Ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi tinsab f’diffikultà wara li ajruplan tal-gwerra Russu twaqqa’ mal-fruntiera Sirjana u bdot minnhom inqatel.

Il-Ministru tal-Isport fir-Russja, Vitaly Mutko qal lill-aġenzija R-Sport li l-klabbs kienu “diġà rċevew il-messaġġ”.
“Jekk xi ħadd irid li jakkwista u jiffirma xi plejer mit-Turikija waqt il-waqfa tax-Xitwa, mhux se jkollu din l-opportunità.”
Mutko qal li dawn is-sanzjonijiet sportivi mhux se jkunu qed jaffettwaw plejers Torok li diġà qed jilagħbu fil-kampjonat u mal-klabbs Russi bħalma hu l-midfielder ta’ Rubin Kazan Gokdeniz Karadeniz li sieħeb il-klabb minn Tatarstan fl-2008.

“Dawk kollha li għandhom kuntratt eżistenti se jkomplu jaħdmu,” qal Mutko. “Mhux se jkunu hawn fil-futur imma għalissa għandhom kuntratt u mhux se jkunu affetwati.”

Mutkol żied jgħid li l-kumpanniji Torok li diġà huma nvoluti fil-bini tal-istadiums tat-Tazza tad-Dinja tal-2018 li se ssir fir-Russja se jitħallew ikomplu.

Il-Ministru tal-Isport irrakkomadna wkoll lill-klabbs tal-futbol Russu biex iħassru t-training camps li kellhom pjanati fit-Turkija.

Bosta klabbs inkluż Lokomotiv Moscow, Spartak Moscow, Krtasnodar u Kuban Krasnodar qalu li kienu qed jieħdu dan il-parir.
Barra dan, Mutko ikkonferma li l-atleti Russi se jkunu jistgħu jipparteċipaw f’turnaments organizzati fit-Turkija imma jekk tkun aċċertata sigurtà massima.

Hu qal li l-miżuri li qed tieħu r-Russja kontra t-Turkija mhux se jkollhom impatt fuq il-kalendarju internazzjonali tal-Federazzjonijiet Sportivi.