Lokali

Ira Losco ssir omm wara li twelled lit-tarbija Harry

Il-kantanta popolari Maltija Ira Losco saret omm għall-ewwel darba wara li l-lejl li għadda welldet lit-tarbija Harry. L-aħbar ingħatat mill-għarus ta’ Ira, Sean Gravina, permezz ta’ Facebook.

“X’vjaġġ inkredibbli mill-bidu sal-aħħar!” kiteb Sean għall-ħabta tas-7 ta’ filgħodu. Skont Sean, Ira qed tirkupra sew wara t-twelid tat-tarbija tagħhom. Hu faħħar u rringrazzja lill-istaff mediku kollu tal-isptar għall-professjonalità tagħhom.

Min-naħa tagħha, fuq Facebook, Ira Losco qalet li t-twelid ma kienx wieħed faċli iżda l-professjonisti tal-isptar kienu “inkredibbli” fil-ħidma tagħhom. “Harry u jien ninsabu t-tnejn b’saħħitna fl-isptar” temmet tgħid il-kantanta.

L-aħbar li Ira Losco kienet tqila bl-ewwel tarbija tagħha kienet ħarġet f’Mejju li għadda, waqt li Ira kienet qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fi Stokkolma. Wara li kienet ħarġet l-aħbar fid-9 ta’ Mejju li għadda, il-koppja kienet tat l-ewwel kummenti tagħhha fil-pubbliku mal-programm ‘Il-Eurovision’, produzzjoni ta’ NET Television. (Ara l-filmat hawn taħt)

ira losco