Internazzjonali

Irid vot ieħor dwar il-Brexit

Owen Smith, il-kandidat ewlieni li qed jisfida t-tmexxija ta’ Jeremy Corbyn tal-Partit Laburista Ingliż, qal li kien se jipprova jwaqqaf lill-Prim Ministru Theresa May milli toħroġ uffiċjalment il-pajjiż mill-Unjoni Ewropea – pass imlaqqam Brexit.
Dan sakemm May ma ssejjaħx referendum dwar il-ftehim li tkun laħqet inkella ssejjaħ elezzjoni ġenerali biex dan ikun approvat.
Smith qal li l-elettorat Ingliż kien ġie ingannat minn dawk li ħadmu favur il-Brexit u għalhekk kien ġust li l-elettorat ikollu l-aħħar kelma fuq il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.
Barra minn hekk, qal Smith, il-Partit Laburista kien għadu jemmen li post ir-Renju Unit kien fl-Unjoni Ewropea. Hu qal ukoll li jekk jilħaq mexxej tal-Partit Laburist, hu kien se jimblokka kull pass fil-Parlament favur il-Brexit.