Lokali

Irlandiża tallega li sfat stuprata f’appartament

Ritratt mill-Arkivji

Irlanidiża ta’ 45 sena qed tallega li sfat stuprata minn raġel mhux magħruf. L-allegat każ seħħ matul il-lejl li għadda fi appartament f’Rue D’Argens fl-Imsida, għall-ħabta tas-1.15am.

Il-mara ċemplet lill-Pulizija, li marru immedjatament fil-post. Mir-rapport jirriżulta li l-identità tar-raġel li allegatament stupra lill-Irlandiża għadha mhix magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Doreen Clarke, li ħatret Inkjesta. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.