Lokali

“Irrid noħroġ minn hawn u mmur infittex lil ħija” – Ħu l-Ġermaniż ftit qabel is-sejba ta’ katavru

“L-ewwel ħsieb li ġieni f’moħħi meta sirt naf li ħija kien rappurtat nieqes kien li rrid nagħmel dak kollu li hu possibbli biex insibu”.

Kliem Daniel Mansholt, ħu ż-żagħżugħ Mike Mansholt, ftit minuti qabel ħarġet l-aħbar li f’Ħad-Dingli nstab katavru.

Mal-katavru nstabet rota. Hu magħruf li Mike Mansholt kera rota fit-18 ta’ Lulju, madwar siegħa u nofs qabel deher l-aħħar f’Ħad-Dingli.

Daniel Mansholt kien qed jikkummenta ma’ NETnews.com.mt fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet mill-familja taż-żagħżugħ. L-għan tal-konferenza kien li jsir appell lill-pubbliku biex jingħaqad fit-tfittxija ta’ Mike.

Mistoqsi x’kien għaddej minn moħħu, Daniel Mansholt weġibna hekk: “irrid noħroġ minn hawn u mmur infittex lil ħija”.