Lokali

Isellmu għall-aħħar darba lil Doris tal-fjuri

Diversi persuni sellmu għall-aħħar darba lil Doris Axisa li tilfet ħajjitha f’inċident fuq dgħajsa f’Kemmuna.

Lil Doris kienu jafuha ħafna hekk kif ta’ kuljum kienet tbigħ il-fjuri f’Tas Sliema, viċin il-Knisja ta’ Nazzarenu.

Fil-fatt quddiem il-post fejn kienet tbigħ il-fjuri Doris, tpoġġew diversi xemgħat u fjuri.

Ftit tal-ħin wara li ħarġet l-aħbar tal-mewt tal-anzjana kienu ħafna dawk li fuq il-media soċjali kitbu xi ħaġa dwarha, l-aktar dwar kemm kienet mara ġentili.

Għall-funeral il-qraba ta’ Doris ħeġġew lil dawk li riedu jattendu sabiex ma jilbsux il-kulur iswed imma jilbsu ħwejjeġ ikkuluriti għaliex Doris kienet tobgħod il-kulur iswed.

Doris Axisa tilfet ħajjitha l-Ġimgħa wara nofsinhar waqgħet waqt li kienet fuq dgħajsa f’Kemmuna.