Ekonomija Lokali Parlament

It-taxxa fuq it-turiżmu trid titħallas mill-Maltin ukoll – Muscat

It-taxxa fuq it-turiżmu trid titħallas mill-Maltin u l-Għawdxin ukoll. Joseph Muscat ikkonferma dan waqt Konferenza tal-Aħbarijiet quddiem Kastilja ftit wara li ntemm id-diskors tal-budget.

Fid-diskors tal-budget, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li jrid ikun hemm ħlas ta’ 50 ċenteżmu f’taxxa għal kull lejl li jitqatta’ f’xi lukanda f’Malta. It-taxxa qed tissejjaħ ‘Kontribuzzjoni Ambjentali’.

Waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet Muscat ikkonferma li t-taxxa trid titħallas minn kulħadd, irrelevanti min-nazzjonalita’ tal-persuna.