Lokali

“It-traffiku mhix problema” – Chris Cardona

Skont il-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona, it-traffiku “mhix problema imma sfida”.

Hekk stqarr meta dalgħodu kien qed jitkellem fuq l-istazzjon nazzjonali f’diskussjoni dwar il-Budget 2016 flimkien max-Shadow Minister Mario de Marco.

Chris Cardona sostna li t-traffiku mhix problema, għalkemm insista li din l-isfida hija prijorita’ ta’ dan il-Gvern.

Il-Ministru Cardona qal ukoll li din il-kwistjoni tat-traffiku “mhix se tissolva fi ftit ġimgħat”.

Fl-istess programm, Chris Cardona tkellem ukoll dwar it-taxxa l-ġdida ta’ 50 ċenteżmu għal kull lejl li wieħed iqatta’ f’lukanda kemm f’Malta u anke Għawdex. Il-Ministru saħaq li din “hija taxxa anke għall-Maltin”. Minn naħa l-oħra, Mario de Marco insista li bħala pajjiż irridu noqgħodu attenti sabiex ma nħarbtux it-tajjeb kollu li sar fis-settur turistiku.