Edukazzjoni Lokali

Ittra tiżvela ġlied intern fil-Pulse

Ittra ppubblikata mill-portal tal-aħbarijiet tal-istudenti Univeritarji Insiteronline.com, tikxef numru ta’ fatti dwar il-qagħda li tinsab fiha l-għaqda Soċjalista Pulse, partikolarment fid-dawl tat-telfa kbira li sofriet il-Pulse fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) fl-aħħar ġimgħat.

L-ittra ppublikata minn ‘insiteronline’ intbgħatet minn Ryan Pace lill-eżekuttiv tal-Pulse. Ryan Pace bħalissa jokkuppa l-kariga ta’ Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi (PRO), iżda fl-aħħar jiem kien qed jissemma li se jieħu post Matthew Zerafa bħala President tal-Pulse wara li dan ħabbar li se jirreżenja mill-kariga. Ħafna kienu qed iħarsu ‘l fuq lejn Ryan Pace bit-tama li jdaħħal id-dixxiplina u maturita’ li “huma meħtieġa fil-Pulse”.

Ryan Pace

Ritratt: Ryan Pace, li kien qed jissemma għal President tal-Pulse

L-artiklu fuq il-portal ‘insiteronline’ jgħid li persuna li tkellmet ma’ insiteronline qalet li minkejja li kien hemm min kien qed jimbotta lil Ryan Pace biex jilħaq President, manuvrar min-naħa tas-Segretarju Ġenerali tal-Pulse Joseph Masini wassal biex din il-kariga probabbilment timtela minn Wayne Sammut, li bħalissa jokkuppa l-kariga ta’ Assistent Segretarju Ġenerali.

wayne sammut joseph masini pulse

Ritratt: Xellug: Wayne Sammut, il-“magħżul” ta’ Joseph Masini (lemin)

Il-ġlied intern fil-Pulse wassal biex fl-aħħar jiem jew ġimgħat, Ryan Pace ġie offrut waħda mill-karigi għoljin minn Wayne Sammut, bil-kundizzjoni li dan jissapportja lil Sammut għal President tal-Pulse.

Madanakollu, fl-ittra li Pace bagħat lill-eżekuttiv tal-Pulse, liema ittra ġiet ippubblikata mill-portal ‘insiteronline.com’, Pace jgħid li waħda mir-raġunijiet għalfejn se jkun qed jieqaf mill-Pulse hija għaliex fl-aħħar jiem ġraw affarijiet bejnu u bejn is-Segretarju Ġenerali Joseph Masini li “kissru r-relazzjoni ta’ fiduċja u onesta'” bejniethom.

“Tafuni biżżejjed… ċertu affarijiet, once li jweġġgħuni, iweġġgħuni b’tali mod li jkissruni… u jekk inħossni f’pożizzjoni li ma nistax nafda persuna li ħa naħdem daqsekk viċin magħha, jaf inbatu… u nbatu kollha”, jgħid Ryan Pace fl-ittra tiegħu.

Fl-ittra tiegħu, Ryan Pace jgħid ukoll li jammetti li “qegħdin fi żmien li jien stess nirrikonixxi li l-Universita’ rridu ninsewha”. Dan b’rabta mat-telfa tal-Pulse f’Marzu li għadda, meta tilfet l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji b’aktar minn 700 vot.

Dan il-ġlied intern ġab ir-reazzjoni ta’ ħafna, fosthom tal-eks President tal-Pulse Clive Farrugia, li fuq Facebook kiteb li biex l-affarijiet jinbidlu għall-Pulse, hemm bżonn jinbidel iċ-ċirku tal-qalba.

Screen Shot 2014-11-29 at 6.37.01 pm

 

L-ittra, żvelata u ppubblikata oriġinarjament minn www.insiteronline.com, qed tiġi riprodotta hawn taħt:

Ryan Pace ittra pulse