Lokali

Iweġġa’ gravi f’argument waqt li kien miexi l-Gżira

Raġel ta’ 27 sena weġġa’ gravi wara argument li seħħ waqt li kien miexi fi Triq ix-Xatt fil-Gżira.

L-inċident seħħ kmieni dalgħodu meta kien involut f’argument ma’ persuna oħra. Sussegwentament ġie attakkat minn xi persuni oħra.

Ir-raġel li weġġa’ hu residenti l-Gżira iżda hu mwieled il-Finlandja.

Il-vittma ttieħed l-isptar Mater Dei minn ħabiba tiegħu fejn hemmek ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi kawża ta’ arma li taqta’.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Tas-Sliema u dawk mid-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali għaddejjin bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.