Iweġġa’ gravi wara ħabta bil-mutur

Raġel ta’ 37 sena mill-Imsida weġġa’ gravi iżda ma jinsabx fil-periklu tal-mewt wara li kien involut f’ħabta matul il-lejl li għadda.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.15p.m. fi Triq Salvu Dimech fil-Mosta meta seħħet ħabta bejn il-mutur tat-tip Piaggio misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Toyota Celica misjuqa minn raġel ta’ 41 sena mill-Mosta.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta għall-kura medika fejn iżjed tard ġie ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tal-Mosta għadhom għaddejjin.