Lokali

Iweġġa’ gravi wara li jittajjar f’Burmarrad

Raġel ta’ 54 sena weġġa’ gravi wara li ttajjar minn vettura f’Burmarrad.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.10 ta’ waranofsinhar meta r-raġel, residenti Birkirkara, intlaqat minn karozza tat-tip Mercedez li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 52 sena mill-Ukrajna u li toqgħod San Pawl il-Baħar.

Malli seħħ l-inċident, il-karozza kienet qed tinstaq fid-direzzjoni lejn il-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard hu kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.