Lokali

Ix-xjenza fil-Belt Valletta

Il-moħħ u s-suġġett li din is-sena se jkun qed jiġi esplorat waqt l-attivita’ Science in the City.
Attivita’ li issa saret sinonima ma’ dan iż-żmien tas-sena fejn il-pubbliku hu mistieden sabiex flimkien mal-istudenti universitarji li qed jistudjaw ix-xjenza, jifhem aħjar ir-riċerki li jsiru u anke jipparteċipaw f’attivitajiet marbuta mal-qasam tax-xjenza.

Net News tkellem ma’ Marthese Borg li hi Lab Manager fi ħdan id-Dipartiment tal-Cognitive Sciences u li hi parti mill-organizazzjoni tal-attivita’. Hi kelmitna aħjar dwar wieħed x’ se jkun qed jistenna waqt Science in the City li se titella’ l-Ġimgħa filgħaxija.

Anke min mhux intiż fil-qasam tax-xjenza jista’ jattendi għal Science in the City għaliex hi attivita’ interattiva.

Din l-attivita’ hi organizzata mid-Dipartiment tal-Lingwistika u tal-Cognitive Science fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta li flimkien ikkolaboraw f’riċerka fuq il-lingwa u l-moħħ.

L-attivita Science in the City hi parti mill-Festival tax-Xjenza u l-Arti li beda din il-ġimgħa u jintemm il-Ħadd. Festival li jinkludi wkoll eżebizzjoni fil-Bini tal-Parlament. Wirja li se tiffoka fuq riċerki li għamlu studjużi Maltin kemm fl-imgħoddi kif wkoll riċentament fosthom ir-riċerka li għamel Dr Ludvic Zrinzo dwar id-Deep Brain Stimulation.

Il-Wirja tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-medicini l-ġodda għall-Alzheimer u l-Parkinson minbarra informazzjoni dwae l-evalwazzjoni tar-riskju mit-terremoti fil-gżejjer Maltin.