Kurżitajiet

Jackie Chan jaħsad lill-Ingliżi

Ħafna li kienu fiċ-ċentru ta’ Londra l-Ħadd inħasdu hekk kif double decker splodiet waqt li kienet għadejja minn fuq Lambeth Bridge qrib il-Parlament.

Dan bil-memoriji tal-attakki fuq is-sistema ta’ trasport f’Londra fl-2005 għadhom friski. Imma din l-ispluzjoni ma kienet xejn ħlief xena mill-aħħar film tal-attur Ċiniż Jackie Chan “The Foreginer”. Film li fih qed jieħu sehem anki l-attur Pierce Brosnan magħruf għall-parti li kien ħadem ta’ James Bond.

Minkejja li l-awtoritajiet ħarġu twissija dwar dak li kien se jiġri lil residenti taz-zona, ħafna ħasbu li l-kapitali Ingliża reġgħet sfat fil-mira ta’ attakk terroristiku.