Internazzjonali

Jaħraq lilu nnifsu biex jiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet tat-taxxa

Raġel fil-Pakistan li ried jipprotesta b’mod spettakolari kontra d-dipartiment tat-taxxa spiċċa jagħti n-nar lilu nnifsu fl-inħawi ta’ Multan.

Ir-rapporti miż-żona qalu li r-raġel, li jismu Shahbaz Ahmed u li għandu 24 sena, ġera għal distanza fit-triq, bil-fjammi telgħin miegħu, għaliex ħass li d-dipartiment tat-taxxa ma mexiex b’mod ġust fil-konfront tiegħu.

Ahmed għadu ħaj u jinsab rikoverat fi sptar lokali wara li sofra ħruq f’madwar 80 fil-mija ta’ ġismu.