Futbol Sport

Jean-Marc Bosman jasal f’Malta għal serata ta’ awards mill-MFPA

Wasal f’Malta, l-eksplejer professjonali Belġjan li hu magħruf għal ġlieda ġudizzjarja li għadda minnha fl-1995 u li wasslet biex il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tat dak li llum hu magħruf bħala l-Bosman Ruling u li biddel għal kollox il-mod kif plejers jiġu mpjegati mill-klabbs.

Permezz tal-ġlieda ta’ Bosman, illum il-ġurnata hu possibbli li jimxu għal ma’ klabb ieħor fi tmiem il-kuntratt mingħajr irbit finanzjarju ieħor. Sa llum Malta hu l-uniku pajjiż li s-sistemà tal-parametri fl-Unjoni Ewropea għadha tapplika.

Bosman hu l-mistieden speċjali ta’ serata ta’ awards li se ssir illejla mill-Malta Football Players’ Association (MFPA) fejn se jintagħżlu l-aqwa plejers f’kull pożizzjoni tal-grawnd, kif ukoll l-aqwa żagħżagħ fil-futbol lokali.

Se jitqassmu wkoll unuri għall-aqwa kowċ, referee, plejer tal-futsal, l-aqwa plejertal-ewwel diviżjoni u l-aqwa plejer mill-kampjonati tan-nisa.