Lokali

Jeħtieġ studji dettaljati qabel il-mina ssir “kwistjoni populista” – il-Front Ħarsien ODZ

Il-Front Ħarsien ODZ qal li jeħtieġ li jsiru studji dettaljati dwar l-impatti ekoloġiċi, ġeoloġiċi, ekonomiċi u soċjali tal-mina bejn Malta u Għawdex.

Fi stqarrija b’reazzjoni għat-twaqqif tal-Front favur il-Mina, il-Front Ħarsien ODZ qal li hemm numru ta’ fatturi li jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni qabel ma l-kwistjoni ssir suġġett populista mingħajr evidenza dwar il-vijabbiltà u s-sostennibilità tal-proġett.

Il-Front Ħarisen ODZ żied li l-istudji għandhom ukoll jassessjaw il-livell ta’ tniġġis li se jrendi meta kkumparat ma’ servizz b’ferry kif ukoll studju dwar l-impatt fuq in-netwerk tat-toroq f’Malta u Għawdex.