Lokali Parlament

Jibqa’ ma jgħidx għaliex ma kkonsultax mar-Restoration Unit tal-Gvern

Il-Ministru Joe Mizzi baqa’ jaħrab u ma jweġibx jekk saritx konsultazzjoni mar-Restoration Unit tal-Gvern u għaliex ma kkonsultax mal-istess unit dwar is-sistema tad-dawl li ġiet stallata mal-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja.

Il-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura reġa’ kien mistoqsi fil-Parlament mid-Deputat Nazzjonalista George Pullicino, iwieġeb għaliex ir-Restoration Unit tal-Gvern ma kienx ikkonsultat fuq is-sistema tad-dawl mal-faċċata tal-Berġa ta’ Kastilja

Il-Ministru Mizzi wieġeb biss billi għamel riferenza għar-risposta li kien ta għall-istess mistoqsija li saritlu fl-aħħar tax-xahar li għadda meta kien wieġeb fil-bidu ta’ dan ix-xahar, li l-Grand Harbour Regeneration Corporation flimkien ma’stakeholders oħra involuti fil-proġett ikkomunikaw ma’ Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali li approva l-installazzjoni suġġett għal numru ta’ kundizzjonijiet li qegħdin jiġu osservati. Kien semma wkoll li rappreżentanti tal-MEPA ġew ikkonsultati dwar l-installazzjoni ta’ dwal professjonali mal-faċċata tal-Berga ta’ Kastilja.

Mitub jikkummenta dwar din ir-risposta, id-Deputat Nazzjonalista George Pullicino qal li l-Ministru Mizzi ma wegibx il-mistoqsija li saritlu darbtejn, ħarab mill-mistoqsija b’mod assolut u baqa’ ma qal imkien għaliex ma kkonsultax lir-Restoration Unit li fuq kollox jaqa’ taħt l-istess Ministeru tiegħu stess.