Internazzjonali

Jiġġedded il-pjan ta’ pont bejn Sqallija u l-bqija tal-Italja

Il-Prim Ministru Taljan Matteo Renzi reġa’ qanqal il-proġett ta’ bini ta’ pont bejn Sqallija u l-bqija tal-Italja. Proġett li bih Renzi qal tingħata spinta mhux biss lil Sqallija imma anki lir-reġjun ta’ Calabria.
Hu qal dan waqt laqgħa biex jitfakkar l-110 sena tal-grupp ta’ inġinerija Taljana Salini Impregilo
Renzi qal li l-bini ta’ dan il-pont kellu l-potenżnjal li joħloq mal-100,000 impjieg u l-proġett mistenni jkun diskuss fil-Parlament fi tliet xhur li ġejjin.
Il-proġett għal pont bejn Messina f’Sqalija u Reggio Calabria fil-bqija tal-Italja hu wieħed antik imma l-ewwel darba li kien propost b’serjeta kien fi żmien it-tmexxija tal-Prim Ministru Silvio Berlusconi.