Internazzjonali

Jikkonfermaw li l-missila fil-każ tal-MH17 ġiet mir-Russja

Xi investigaturi internazzjonali qalu li l-missila li kienet qerdet l-ajruplan tal-Malaysian Airlines fuq Titjira MH17 fuq il-Lvant tal-Ukrajna, fl-2014, kienet sparata minn territorju kkontrollat mir-ribelli qrib ir-Russja.
Waqt preżentazzjoni tal-investigazzjoni tagħhom, huma qalu li t-tagħmir li bih kienet sparata l-missila kien iddaħħal fl-Ukrajna mir-Russja, u wara li kienet sparata l-missila minnu, ittieħed lura fir-Russja.
Abbord il-Boeing 777, fuq titjira minn Amsterdam lejn Kuala Lumpur, kien hemm 298 persuna, li mietu kollha.
L-investigaturi għamluha ċara li ma kinux qed jagħmlu akkuża kontra r-Russja li kienet hi li waqqgħet l
Ir-Russja qatt ma qablet ma’ din il-verżjoni tat-traġedja.